Wara li f’dawn l-aħħar jiem il-ġurnali Ingliżi u Taljan għamlu kważi ċert it-tluq ta’ Alex Sandro għal ma’ Chelsea, illum il-ġurnal The Sun ħabbar li l-istess Sandro aċċetta t-tiġdid tal-kuntratt ma’ Juventus.
Jidher li t-tiġdid tal-kuntratt se jkun ifisser ukoll żieda fil-paga għal €106 elef fil-ġimgħa, it-tielet l-iktar Juventin imħallas wara Dybala u Higuaín.
Marotta u Paratici, bi qbil ma’ Allegri, kienu deċizi mill-bidu nett biex jagħmlu minn kollox ħalli jevitaw it-tluq ta’ Alex Sandro, fost l-oħrajn billi rrifjutaw offerti importanti.
Sors: Gazzetta dello Sport