Il-ġurnal awtorevoli Spanjol AS, meqjus wieħed qrib Real Madrid, qed jirrapporta li Juventus laħqu ftehim għall-akkwist ta’ Danilo mingħand Real Madrid.

Jidher li l-ftehim mistenni jintlaħaq għal ċifra ta’ madwar €20 miljun, €11.5 miljun inqas minn kemm nefqu Real Madrid biex akkwistawh mingħand Porto, fejn kien jilgħab mal-linja opposta ta’ Alex Sandro.

jidher li mal-plejer diġà hemm qbil għal kuntratt ta’ ħames snin b’paga ta’ €5 miljun kull sena, liema ftehim intlaħaq qabel Dani Alves tħalla jinħall mill-kuntratt bi ftehim mal-klabb.

It-tama ta’ kull Juventin hi li flimkien mal-konferma ta’ Alex Sandro, Juventus jerġgħu jirxuxtaw mill-ġdid il-wingers perfetti tal-era ta’ Porto.

Sors: AS

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280