Sitwazzjoni interessanti fi ħdan Juventus hekk kif il-klabb qed iħares lejn l-akkwist ta’ Danilo u Douglas Costa, it-tnejn meqjusa bħala extra komunitarji. Iżda wara l-akkwist ta’ Bentancur, jistgħu jirreġistraw żewġ barranin oħra, barra mill-Ewropa?

Skont ir-regoli ġodda stabbiliti mill-Kunsill Federali tal-2014, klabb tas-Serie A jista’ jittessera massimu ta’ żewġ plejers ġejjin minn barra l-Ewropa.

Dan b’kundizzjoni li wieħed minnhom jieħu post ieħor li jkun ħalla l-klabb, fil-każ ta’ Juventus dan hu Dani Alves, waqt li l-ieħor ikollu mill-inqas ħames preżenzi man-nazzjonal.

B’sorpriża, ir-risposta hi waħda pożittiva. Dan għaliex Juventus, minkejja li akkwistaw liż-żagħżugħ Arġentin f’April li għadda, il-kuntratt tiegħu baqa’ qatt ma ġie ddepożitat fil-Lega.

Dan ifisser li għal-Lega, Bentancur mhux plejer ta’ Juventus minkejja li ffirma l-kuntratt tiegħu. Fid-dawl ta’ dan, Juventus mistennija jibagħtu lill-plejer b’self jew jibagħtuh għand klabb ieħor b’sinerġija ma’ klabb ieħor b’għażla li jiffirmawh mill-ġdid fil-futur qarib.

Sors: Maurizio Romeo

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280