Il-winger ta’ Fiorentina u t-tim nazzjonali tal-Italja, Federico Bernardeschi, mhux se jibqa’ mal-Viola għaliex ma jridx iġedded il-kuntratt.
Ħabbar dan Pantaleo Corvino, id-Direttur ta’ Fiorentina, fi tmiem laqgħa ma’ Beppe Bozzo, l-aġent tal-plejer. “Bernardeschi ma jridx iġedded magħna u nieħdu nota. Sejjer ma’ Juventus? Hu patrimonju tal-futbol Taljan, irridu naraw x’se jiġri.”
Fiorentina mhux mistennija jibqgħu mmexxija mill-familja Della Valle hekk kif il-klabb jinsab għall-bejgħ.
Sors: Gianluca di Marzio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






