Il-winger ta’ FC Bayern München hu biss pass bogħod minn trasferiment lejn Turin.
Jirriżulta li Juventus ilhom li akkwistaw l-approvazzjoni tal-plejer għal dan it-trasferiment, bi qbil għal kuntratt ta’ erba’ snin b’paga ta’ €6 miljun kull sena. Fl-aħħar sigħat, Juventus għamlu avvanzi kbar mal-klabb Ġermaniż.
Jidher li l-klabbs għandhom qbil fuq ċifra ta’ €40 miljun, iżda għad irid jintlaħaq ftehim dwar kif se titħallas. Dan hekk kif Juventus jixtiequ li jakkwistaw lill-plejer għal €10 miljun, bi €30 miljun oħra li jitħallsu fi tmiem l-istaġun. Ma’ dawn jiżdiedu wkoll xi bonuses.
Hu mistenni li dwar dan il-meotdu ta’ pagament jintlaħaq ftehim, hekk kif hu l-istess metodu applikat b’suċċess għat-trasferiment ta’ Kingsley Coman u Medhi Benatia bejn iż-żewġ klabbs.
Sors: Romeo Agresti
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






