Juventus xeħtu għajnejhom fuq l-attakkant żagħżugħ Kylian Sanmi Mbappé Lottin, plejer ta’ Monaco li spikka matul l-istaġun li għadda fejn rebaħ post fl-iskwadra ewlenija tal-klabb Franċiż minkejja li għad għandu 18-il sena.

Saħansitra jirriżulta li fl-aħħar sigħat Juventus għamlu żewġ offerti differenti lil Monaco: trasferiment għal somma ta’ €90 miljun li titħallas fuq sentejn, jew inkella offerta ta’ €115-il miljun li tinqasam fuq ħames rati li jitħallsu f’ħames snin.

Qabel ħarġu dawn ix-xnigħat, fl-aħħar jiem id-Direttur Sportiv ta’ Monaco Antonio Cordon iddikjara li deċiżjoni dwar il-futur tal-plejer se tittieħed dalwaqt iżda qal li jinsab kunfidenti li l-plejer irid jibqa’.

Sors: Marcello Chirico

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280