Fl-aħħar jiem kien jingħad li l-wasla ta’ Douglas Costa, issa kważi uffiċjali, se tfisser it-tluq ta’ Juan Cuadrado. Iżda jidher li dan mhux se jkun il-każ.
Dan hekk kif il-ġurnalist awtorevoli Gianluca Di Marzio żvela li Juventus huma interessati li jakkwistaw ukoll lil Federico Bernardeschi imma mhux billi jbiegħu lill-Kolombjan.
Juan Cuadrado għalhekk mistenni jinżamm u possibilment jibdel il-pożizzjoni għal waħda iżjed difensiva. Hu kien jilgħab f’din il-pożizzjoni fis-snin preċedenti.
Juan Cuadrado ddikjara li l-intenzjoni tiegħu hi li jibqa’ ma’ Juventus, għall-inqas sakemm jispiċċalu l-kuntratt attwali, fl-2020.
Sors: Gianluca Di Marzio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






