L-intermedjarju Giovanni Branchini, li ħadem għal Juventus biex it-trasferiment ta’ Douglas Costa seta’ jseħħ, għad fadallu trattattiva oħra x’jikkonkludi ma’ Juventus.
Dan hekk kif Branchini hu wkoll l-aġent ta’ plejer ieħor li jinteressa lil Juventus: De Sciglio ta’ Milan, li jingħad li jonqos biss id-deċiżjoni ta’ Juventus biex jimxi lejn Turin.
Fit-trasferiment ta’ Costa, Branchini rnexxielu jakkwista kundizzjonijiet mill-aqwa għal Juventus. Dan hekk kif, minkejja li se jħallsu total ta’ €46 miljun, mill-baġit attwali se jitnaqqsu biss €6 miljun, bil-kumplament jitħallsu fi tmiem l-istaġun jew fi żmien sentejn.
Branchini ilu 20 sena jaħdem bħala aġent, fejn fost l-oħrajn irrappreżenta wkoll plejers bħal Clarence Seedorf, Manuel Rui Costa, Hidetoshi Nakata, Careca, Romario, Ronaldo, Jean Pierre Papin, Jonathan Zebina u Sebastien Frey.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






