Minkejja dak maħsub, li Patrik Schick hu plejer ġdid ta’ Juventus, jidher li dan għadu ma seħħx minħabba problemi li żviluppaw.
Jidher li l-kawża hi problema fiżika li għandu l-plejer. Dan joħroġ wara li l-plejer qatta’ ħin twil ħafna jagħmel l-eżamijiet mediċi fil-J Medical fit-22 ta’ Ġunju.
Għall-bidu ma kien jidher li hemm l-ebda problema bejn Juventus u Sampdoria, tant li l-klabb ta’ Turin kien se jħallas €5 miljun iżjed mill-klawżola reċissorja ta’ €30 miljun li kienet tkun biżżejjed biex it-trasferiment iseħħ immedjatament.
Jidher li dan sar biex Juventus jaqsmu l-pagament fuq ammont ta’ snin. Iżda issa, wara l-kumplikazzjonijiet, jidher li Juventus biddlu l-offerta għal self, bl-għażla li jinxtara.
Sors: Alfredo Pedullà
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






