Skont stazzjon tar-radju u midja f’Valencia, id-difensur ta’ 23 sena João Cancelo għażel li jingħaqad ma’ Juventus.
Jingħad li l-plejer hu l-magħżul ta’ Massimiliano Allegri, li jixtieq li dan l-akkwist ikompli jsaħħaħ il-linja difensiva fejn jilagħbu Andrea De Sciglio u Stephan Lichtsteiner.
Fi Spanja, l-indiskrezzjoni hi li l-plejer hu affaxxinat bl-interess ta’ Juventus iżda madankollu fl-Italja m’hemm l-ebda konferma tal-aħbar, b’ġurnalisti rinomati li mhux daqstant ċerti li bdiet trattattiva jew inkella li d-diskussjonijiet huma daqshekk fi stadju avvanzat.
Sors: RadioEsport Valencia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






