Il-leġġenda ta’ Juventus Pavel Nedvěd, illum diriġent tal-istess klabb, m’eskludiex li Patrik Schick jista’ jingħaqad ma’ Juventus.

Kollox kien lest biex il-plejer isir akkwist ġdid taċ-champions tal-Italja, iżda testijiet mediċi wrew li għandu problema f’qalbu, li madankollu mhix waħda serja jew permanenti, iżda tissolva b’perjodu ta’ mistrieħ.

Meta mistoqsi dwar it-trasferiment, Nedved qal li “kollox hu possibbli.” Madankollu l-ftuħ mill-ġdid tat-trattattivi mhux se tkun ħaġa faċli għaliex issa l-kalwżola reċissorja tal-plejer skadiet. B’hekk wieħed irid jara jekk Sampdoria hux lesti li jżommu l-istess ftehim ta’ €30 miljun milħuq ma’ Juventus, inkella jirrikjedu li t-trattattivi jinfetħu mill-ġdid.

Fl-aħħar jiem tkellem ukoll l-aġent tal-plejer, li kkonferma li għandu bżonn ħames ġimgħat ta’ mistrieħ. Iżda minkejja din is-saga kollha, fl-ebda mument ma wera xi tip ta’ rabja lejn Juventus.

Sors: Italian Football TV

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com[/fusion_text]

dical-banner-1200×280