Hekk kif l-ispekulazzjoni ta’ trasferiment ta’ Neymar ma’ PSG tkompli, Juventus jidher li poġġew prezz ta’ €120 miljun għal kull min jixtieq lil Paulo Dybala.

Minkejja li Beppe Marotta fl-aħħar sigħat qal li Dybala mhux għall-bejgħ, l-istess plejer kien inqas kategoriku meta qal li japprezza l-interess ta’ Real Madrid u Barcelona iżda t-trasferiment eventwali tiegħu jiddependi minn Juventus.

Fl-aħħar sigħat spikkat ukoll ġlieda waqt sessjoni ta’ taħriġ ta’ Barcelona, li fiha kien involut Neymar.

Sors: La Repubblica

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280