Tkompli s-saga ta’ Patrik Schick, li t-trasferiment tiegħu ma’ Juventus falla għaliex il-klabb ta’ Turin ma riedx jieħu riskju wara kumplikazzjonijiet f’qalbu.

Wara li tkellmu ħafna diriġenti ta’ Juventus u Sampdoria, issa kien imiss lill-istilista tax-xagħar u ħabib tal-plejer, Daniele Venetucci: “Schick m’għandu xejn kontra Juventus wara dak li nqala’. Iħossu b’saħħtu imma bħalissa qed iħares lejn il-futur. U ma neskludix li jibqa’ ma’ Sampdoria lanqas.”

Iddikjara wkoll li aktarx kien l-istil ta’ xagħar differenti li darba fost l-oħrajn ġablu l-fortuna u beda jilgħab regolari. “Tistgħu temmnu jew le, iżda ma’ Sampdoria ma kienx jilgħab. Sakemm darba biddel l-istil u jumejn wara skurja. Minn hemm sirt il-persuna li nġiblu l-fortuna.”

Fl-aħħar jiem Pavel Nedvěd, Viċi President ta’ Juventus, iddikjara li kollox jista’ jiġri meta mistoqsi dwar dan it-trasferiment.

Sors: Il Secolo XIX

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280