B’Mario Lemina li se jibda avventura ġdida fl-Ingilterra, Juventus mistennija jużaw dawn il-flus biex jakkwistaw midfielder ta’ kwalità ogħla u l-plejer mixtieq huwa l-Franċiż Blaise Matuidi.
Fl-ewwel logħba tal-Kampjonat Franċiż PSG rebħu bl-iskor ta’ 2-0 kontra Amiens fejn l-internazzjonali Franċiż daħal bħala sostitut fis-67 minuta biex jieħu post Thiago Motta. F’dan it-trasferiment jista’ jkun ukoll fundamentali l-aġent tal-plejer Mino Raiola
Mario Lemina mistenni jinbiegħ għas-somma ta’ bejn €18-20 miljun u Juventus huma lesti biex jużaw dawn il-flus għas-servizzi ta’ Matuidi.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com