Juventus ħabbru li Mario Lemina ħalla lill-klabb biex jingħaqad b’mod permanenti mal-klabb Ingliż ta’ Southampton F.C.
Il-klabb Ingliż se jħallas €17-il miljun maqsuma fuq tliet pagamenti, bil-prezz tat-trasferiment li jista’ jiżdied bi €3 miljun oħra jekk jintlaħqu numru ta’ kundizzjonijiet sportivi.
Il-plejer mill-Gabon għandu 23 sena u kien ingħaqad ma’ Juventus fl-2015 mingħand Marseille b’self għal staġun bi prezz ta’ €500,000 u l-għażla li t-trasferiment isir permanenti għal €9.5 miljun.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






