L-attakkant ta’ Sampdoria Patrik Schick għeleb il-problemi li kellu f’qalbu wara li għall-aħħar xahar kien għall-mistrieħ fir-Repubblika Ċeka, pajjiżu.
Juventus kienu għażlu li ma jiħdux ir-riskju u irrifjutaw li jakkwistaw lill-plejer, mhux biss minħabba li riedu jaraw jekk il-problemi jissolvewx, imma wkoll għaliex il-plejer tilef it-taħriġ ta’ qabel l-istaġun.
Issa, testijiet ġodda li saru f’Milan urew li l-plejer hu b’saħħtu u jista’ jirritorna għat-taħriġ u jikkompeti fuq livell professjonali. Madanollu aktarx li issa tard wisq għal Juventus, bil-plejer jista’ jingħaqad ma’ Inter.
Sors: Sky Sport Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






