Ġurnali fi Spanja jindikaw li l-plejer Sergi Roberto jista’ jħalli lil Barcelona għal ma’ klabb fejn ikollu garanzija li jkun plejer importanti. Jingħad ukoll li kien hemm laqgħa bejn l-aġent tal-plejer u d-diriġenza fejn indikalhom il-volontà tal-plejer li jiċċaqlaq.

Fi Spanja jingħad ukoll li fost il-klabbs interessati fil-plejer hemm ukoll Juventus, li mhux eskluż li joffru l-€40 miljun tal-klawżola reċissorja. Il-plejer għandu kuntratt sal-2019, b’Barcelona interessati li jġeddulu.

Il-plejer joffri diversi għażliet tekniċi, hekk kif kapaċi jilgħab bħala midfielder ċentrali, midfielder difensiv, difensur kif ukoll winger, u għalhekk ikun perfett għal Massimiliano Allegri. Madankollu hemm ukoll interess minn numru ta’ klabbs ewlenin fosthom Chelsea u Manchester United.

Sors: Sport.es

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280