Juventus jidher li xeħtu għajnejhom fuq il-midfielder ta’ Roma, Kevin Strootman iżda hemm distakk notevoli bejn l-offerta ta’ Juventus u t-talba ta’ Roma.

Bil-klawżola reċissorja li m’għadhiex valida, Juventus tilfu l-vantaġġ li jiskattaw it-trasferiment b’mod awtomatiku, iżda Roma rashom mistrieħa wkoll li l-plejer mhux jisforza t-trasferiment.

Jidher li l-ewwel offerta ta’ Juventus se tkun ta’ €30 miljun, iżda Roma jridu €10 miljun oħra biex imbagħad jippuntaw għall-akkwist ta’ Riyad Mahrez.

Sors: Sportmediaset

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280