Il-President Claudio Lotito għamilha ċara li hu mhux se jħalli lil min jirrikattah bis-sitwazzjoni ta’ Keita Baldé Diao, f’messaġġ ċar lejn Juventus.

“Irċivejna ħafna offerti uffiċjali, kemm mill-Italja kif ukoll minn barra. L-aħħar waħda waslitilna fil-jum tas-Supercoppa. Il-plejer, s’issa, dejjem qal le. Jekk għandu klabb preferut, tajjeb, imma jrid iġib offerta li tkun daqs l-offerti l-oħra li waslulna,” qal Lotito.

Kompla li ma jinteressahx jekk ikollu jitlef lill-plejer b’xejn fi żmien sena. “Jien ma naħdimx għall-flus, bħal ħafna, imma b’rispett lejn ir-regoli. Lest niġġieled sal-mewt għal ċerti prinċipji. Jekk minħabba f’hekk nitlef il-flus, paċenzja.”

Sors: Il Corriere della Sera

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280