Jirriżulta li fl-aħħar sigħat sar l-ewwel kuntatt bejn Juventus u Roma għat-trasferiment tal-midfielder Kevin Strootman lejn Turin.

Mhux se tkun faċli li Juventus jikkonvinċu lil Roma biex jidħlu f’diskussjonijiet għal dan il-plejer, għalkemm jidher li Juventus interessati joffru ċifra ta’ bejn €30 miljun u €35 miljun, li magħhom jiżdiedu l-bonuses, inkella l-inklużjoni ta’ Cuadrado u madwar €15-il miljun.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280