Diversi ġurnalisti u gazzetti fil-Ġermanja qed jinsistu li d-difensur ta’ Bayern München Jérôme Boateng qed ifittex avventura ġdida wara li l-kowċ tal-Germaniżi Carlo Ancelotti jidher li qed jagħti l-fiduċja lil difensuri oħra.
Bi ftit inqas minn sena għat-Tazza tad-Dinja, avventura ġdida tista’ tkun importanti għal Boateng biex jerġa’ jikseb postu fit-tim Ġermaniż. Juventus jistgħu jkunu interessati f’dan il-plejer li jista’ jkun akkwist perfett biex jieħu post Leonardo Bonucci.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com