Il-plejer internazzjonali tal-Ġermanja Benedikt Höwedes, se jingħaqad ma’ Juventus b’self għaċ-ċifra ta’ €3.5 miljun.

Dan wara li Juventus u Schalke 04 qablu li jkun hemm ċifra futura fissa ta’ €11.5 miljun kemm-il darba Juventus jiddeċiedu li jagħmlu t-trasferiment permanenti.

Il-plejer jasal f’Turin nhar l-Erbgħa għat-testijiet mediċi.

Sors: Premium Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280