Id-difensur internazjonali Żvizzeru Stephan Lichtsteiner irrifjuta offerta li saritlu mit-tim ta’ Beşiktaş fit-Turkija. Għalkemm id-difensur ġie eskluż mil-lista tal-plejers tal-Uefa Champions League, xorta waħda ddeċieda li jkompli jilgħab għal Bianconeri.

Hemm probabbiltà kbira li fis-sajf li ġej xorta waħda jħalli lil Juventus għaliex se jkun qed jiskadilu l-kuntratt preżenti.

Sors: Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com