Is-sitwazzjoni ta’ Thomas Müller ma’ Carlo Ancelotti ma tinsabx daqsekk tajba u b’hekk diversi klabbs qed juru l-interess biex fis-sajf li ġej jakkwistaw il-firma tal-internazzjonali Ġermaniż.

Fost dawn il-klabbs hemm Juventus li se jkunu qed jikkompetu ma’ Chelsea, Arsenal u Liverpool għal dan il-plejer.

Fl-2008 Müller għamel id-debutt tiegħu ma’ Bayern München fejn f’398 apparenza huwa skurja 161 gowl.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com