Id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus Beppe Marotta tkellem fuq Paulo Dybala speċjalment fuq il-futur tiegħu. Huwa tenna li jekk jasal il-mument li Paulo Dybala jkun irid jitlaq bl-ebda mod ma jkunu jistgħu jżommuh.
“Minkejja li lil Higuaín u Pjanić xtrajnihom billi ħallasna l-klawżola, jien xorta kontra li lill-plejers tagħna nagħmlulhom klawżola. Dybala? Huwa l-istess plejer li jiddeċiedi fuq il-futur tiegħu. Aħna jekk ikun irid jibqa’ magħna żgur li nżommuh iżda jekk ikun irid jitlaq ma nistgħux inżommuh.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com