It-tluq tad-difensuri Leonardo Bonucci u Dani Alves ħasad lil ħafna matul is-sajf li għadda.
Dwar dan tkellem Beppe Marotta, li minn kliemu wieħed jifhem li kienu deċiżjonijiet personali tal-plejers. “It-tluq ta’ Dani Alves kien bħal sajjetta f’temp sabiħ. Għamel għażla li deher li se jmur ma’ Manchester City, imbagħad waslu PSG. Iltqajna u tkellima għaliex nagħtu valur lir-rispett ta’ professjonist fil-konfront ta’ Juventus.”
Tkellem ukoll dwar Leonardo Bonucci, fejn iddikjara li “Massimiliano Allegri mhux il-kawża tat-tluq tal-plejer. Konna ppreparati, għaliex meta jsiru diskussjonijiet, normalment joħroġ li jkun hemm xi nuqqas ta’ sodisfazzjon mill-plejer.”
Sors: Il Giornale
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com