Minkejja li ħalla lil Juventus, il-Franċiż Paul Pogba baqa’ ħabib ta’ diversi plejers Juventini, fosthom Paulo Dybala.
S’hemm xejn ta’ barra minn hawn. Iżda hashtag li Pogba għamel fuq Instagram fl-aħħar jiem qed tinkwieta lil ħafna Juventini għaliex hemm preċedent.
Meta kien qed jawgura lil Dybala għal għeluq sninu, Paul Pogba niżżel #AgentP fil-messaġġ tiegħu. Din il-hashtag mhix daqstant użata mill-istess Pogba, għaliex jidher li jużaha f’każi partikolari.
Fost l-iktar riċenti li użaha kien f’messaġġ lil Romelu Lukaku, li eventwalment spiċċa sieħbu fl-iskwadra.
Sors: Calciomercato
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com