Juventus qed iħarsu lejn it-Turkija biex joffru alternattiva lil Massimiliano Allegri fl-attakk.
Dan hekk kif it-Tork imwieled il-Ġermanja ta’ 26 sena Cenk Tosun, li jilgħab għal Beşiktaş fit-Turkija, ġibed l-attenzjoni tad-diriġenti tal-klabb ta’ Turin.
Tosun, li f’livell ta’ nazzjonal lagħab għall-Ġermanja fil-kategorija U21 qabel għażel lit-Turkija, skurja 20 gowl fl-istaġun li għadda biex għen lil Beşiktaş jakkwistaw is-Super Lig. Matul dan l-istaġun s’issa skurja għaxar gowls, inkluż erbgħa fiċ-Champions League.
Matul is-sajf li għadda l-offerta ta’ Crystal Palace ġiet rifjutata. Tottenham, Everton u Newcastle huma fost il-klabbs interessati iżda Beşiktaş ftit li xejn huma interessati li jinbiegħ speċjalment jekk jaslu għall-fażi li jmiss fiċ-Champions League.
Sors: Goal
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com