Tliet plejers li sa riċenti kienu għadhom taħt kuntratt ma’ Juventus, u li ma ħabbrux l-irtirar, jinsabu mingħajr klabb u allura jistgħu jingħaqdu ma’ klabb ieħor immedjatament u b’xejn.

Jispikka Patrice Evra, li ħalla lil Juventus biex ingħaqad ma’ Marseille fi Franza. Wara li attakka partitarju tal-klabb, ittieħdet deċiżjoni li jitkeċċa.

Paolo De Ceglie baqa’ bla klabb wara li spiċċalu l-kuntratt ma’ Juventus. Jingħad li l-klabb ta’ Turin ried jibagħtu ma’ diversi klabbs ta’ livell baxx b’self, iżda l-plejer irrifjuta u baqa’ barra mill-iskwadra sakemm intemmlu l-kuntratt.

Plejer ieħor li jinsab bla kuntratt hu l-attakkant Montenegrin Mirko Vučinić. Wara li ħalla lil Juventus fl-2014, hu lagħab għal tliet staġuni fl-Emirati Għarab Magħquda ma’ Al Jazira.

Sors: Sky Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280