Wara li Juventus prattikament ikkonkludew l-akkwist ta’ Emre Can, fi Spanja huma ċerti li l-mossa li jmiss hi offerta b’saħħitha għall-midfielder avvanzat ta’ 25 sena, Isco.
Skont Don Balon, fil-każ li Juventus ibigħu lil Paulo Dybala, l-offerta għall-midfielder Spanjol kapaċi tlaħħaq il-€150 miljun. Din l-offerta madankollu hi ferm ’il bogħod mill-klawżola reċissorja ta’ €700 miljun fil-kuntratt tal-plejer.
Sors: Don Balon
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






