Paolo De Ceglie, eks plejer ta’ Juventus, jidher li mhux tajjeb lanqas għal Benevento li qed jiġġieled biex isalva u li għandu punt wieħed biss fil-klassifika.
Jirriżulta li l-klabb li għandu bżonn il-punti kemm jista’ jkun malajr, irid plejers lesti biex jibdew jilagħbu b’mod regolari u immedjatament.
De Ceglie, li ilu żmien twil ma’ jilgħab u bla klabb, apparti li qatta’ xhur barra mill-iskwadra ta’ Juventus, jidher li għadu ġej ukoll minn problema fiżika.
Sors: Alfredo Pedullà
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






