Reġgħu bdew ix-xnigħat tas-suq tat-trasferimenti marbuta mad-difensur Daniele Rugani li jingħad li qed jinteressa lil Arsenal.

Ix-xnigħat kienu bdew f’Marzu li għadda, iżda f’dak il-perjodu Rugani deher li se jingħata importanza mill-kowċ Massimiliano Allegri. Wara sensiela ta’ partiti, madankollu, f’daqqa waħda naqqas sew fil-logħob.

Skont ġurnali fl-Ingilterra Arsenal mistennija joffru €40 miljun.

Sors: Daily Star

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280