L-interess ta’ Juventus fil-midfielder Emre Can huwa evidenti u l-klabb Taljan jixtieq li jakkwista lil dan il-plejer saħansitra f’Jannar li ġej.
Il-kuntratt tal-internazzjonali Ġermaniż jiskadi f’Ġunju li ġej.
Minkejja interess minn diversi klabbs kbar fl-Ewropa għal Can, Juventus huma l-favoriti li jakkwistaw il-firma ta’ dan il-plejer. Juventus lesti li joffru s-somma ta’ €6 miljun biex jakkwistawh f’Jannar però l-probabbiltà hija li Can isir plejer ta’ Juventus mill-1 ta’ Lulju 2018.
Sors: Il Corriere dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com