Wieħed mill-aqwa plejers tal-preżent fid-dinja Cristiano Ronaldo tkellem rigward id-deċiżjoni tiegħu meta mar jilgħab fl-Ingilterra ma’ Manchester United.
Huwa sostna li kellu ċ-ċans li jingħaqad ma’ Juventus iżda Manchester United offrewlu kuntratt aħjar.
“Kien hemm diversi klabbs interessati fis-servizzi tiegħi. Huwa vera li kien hemm diskussjonijiet ma’ Juventus u kont sodisfatt dwar dan għax Juventus huwa klabb straordinarju iżda minn meta kont żgħir kelli l-ħolma li nilgħab fl-Ingilterra u dik kienet l-aktar raġuni għaliex għażilt li mmur ma’ Manchester United.”
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com