Stefano Sturaro huwa viċin li jingħaqad ma’ Valencia. Hekk irrappurtat il-gazzetta Spanjola SuperDeporte fl-aħħar sigħat.

Wara l-akkwisti ta’ Zaza mingħand Juventus u ta’ Kondogbia mingħand Inter, Valencia jidhru li se jerġgħu jittantaw xortihom mill-kampjonat Taljan did-darba bl-akkwist ta’ Stefano Sturaro, plejer li dan l-aħħar xhur kellu kritika eċċessiva fil-konfront tiegħu, frott tal-aħħar prestazzjonijiet negattivi tiegħu fil-kampjonat.

Valencia jidhru serji li jagħmlu dan l-akkwist anke hekk kif Zaza u Kondogbia qed ikollhom staġun pożittiv ħafna biex b’hekk Valencia jibqgħu jagħmlu pressjoni fuq Barcellona għall-kampjonat hekk kif dawn tal-aħħar qegħdin 9 punti fuq Atletico Madrid u 11-il punt fuq l-istess Valencia.

Sors: SuperDeporte.es

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280