Iffaċċjat bl-ispekulazzjoni dwar l-akkwist possibbli ta’ Gianluigi Donnarumma, id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus Beppe Marotta ddikjara li l-klabb hu kuntent bil-goalkeepers attwali.

“Għandna ikona bħal Buffon, plejer straordinarju u fost l-aqwa fl-istorja mondjali tal-futbol, imma ovvjament irridu nikkunsidraw ukoll li jista’ jirtira,” iddikjara Marotta.

Madankollu, kompla li d-diriġenti Juventini ħasbu għall-futur. “Akkwistajna lil Wojciech Szczęsny, is-suċċessur tiegħu. Hu fost l-aqwa goalkeepers fid-dinja u kuntenti bih anke għall-futur.”

Mistoqsi speċifikament dwar jekk Juventus irtirawx mit-tellieqa għal Donnarumma, Marotta qal li “fil-verità qatt ma dħalna f’din it-tellieqa u mhix operazzjoni li qed insegwu.”

Sors: Rai Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280