Diriġenti ta’ Juventus u Cagliari mistennija jiltaqgħu fis-sigħat li ġejjin hekk kif il-Bianconeri qed isegwu b’interess lil żewġ plejers.

Wieħed mill-plejers fil-mira ta’ Juventus hu l-attakkant Korean ta’ 19-il sena, Han Kwang-song, li għall-aħħar xhur kien qed jilgħab ma’ Perugia. Minkejja li għadu żgħir, hu diġà ddebutta man-nazzjonal.

Qed ikun segwit ukoll Nicolò Barella, midfielder ta’ 20 sena li hu meqjus bħala wieħed mill-iktar plejers promettenti tal-futbol Taljan.

Juventus jidher li huma pożittivi li jista’ jintlaħaq ftehim għal Ġunju, hekk kif diversi siti qed jirrappurtaw li jinsabu fil-vantaġġ fuq diversi klabbs oħra.

Sors: Sky Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280