Juventus mhumiex fil-bżonn li jbigħu xi plejers, hekk kif l-għaqal li ħadmu bih id-diriġenti fl-aħħar snin wassal lill-klabb għal sitwazzjoni finanzjarja b’saħħitha.

Madankollu, wieħed irid jistenna x’se jiġri fil-konfront ta’ Alex Sandro, li s’issa għadu ma ġeddidx il-kuntratt fost interess minn klabbs ewlenin fl-Ewropa.

Madankollu, jidher li tilef iċ-ċans li jingħaqad ma’ Chelsea, ammiraturi ewlenin tiegħu, hekk kif l-iskwadra mmexxija minn Antonio Conte issa jidher li se tissaħħaħ b’Emerson Palmieri minflok.

Sors: Il Giornale

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280