Qlajna 15-il gowl u x-xibka baqgħet mhux mittiefsa għal 16-il darba fil-kampjonat. 5 gowls fl-Ewropa (tinkludi ż-żewġ gowls li qlajna mal-Bayern). Bla dubju, id-difiża kienet l-aħjar dipartiment dan l-istaġun. L-aqwa mill-aħjar 5 kampjonati. Difiża komposta minn Buffon, Neto, Lichtsteiner, Caceres, Barzagli, Bonucci, Chiellini, Rugani, Evra u Alex Sandro.

Buffon: Gowler ta’ 38 sena li jipprovdi esperjenza u sikurezza fil-lasta. Wieħed mill-aqwa li qatt kien hawn.
Neto: It-tieni għażla wara Buffon. Gowler denju ta’ tim fl-ewwel postijiet tal-klassifika. Lagħab fil-Coppa Italia u logħba waħda fil-lig kontra Frosinone.
Lichtsteiner: Full back li ma jiqafx jgħin kemm fil-fażi tal-attakk kif ukoll fid-difiża.
Caceres: Kull meta lagħab dejjem wera potenzjal. Bħalissa jinsab imweġġa’.
Barzagli: Il-ħajt ta’ din id-difiża soda. Wieħed mill-aqwa fid-dinja fl-antiċipazzjonijiet u pożizzjonament tattiku.
Bonucci: L-iktar plejer kalm fid-difiża. Ġeneralment l-azzjoni tibda minnu. It-tieni playmaker wara Marchisio.
Chiellini: Għalkemm bil-ballun f’saqajh mhuwiex daqsekk tajjeb, l-aggressività u d-determinazzjoni tagħmlu wieħed mill-aħjar.
Rugani: Prospettiva. Is-sena l-oħra lagħab kull minuta fis-Serie A mingħajr ma qala’ karta safra! Din is-sena konna nafu li mhuwiex ser jiġi utilizzat ħafna. Qala’ ħafna kritika wara l-aħħar logħba mal-Inter. Għad għandu 21 sena u bi tliet pilastri bħal Barzagli, Bonucci u Chiellini diffiċli jilgħab però jieħu ħafna esperjenza.
Evra: Plejer ta’ 34 sena li ġibnieh għal żewġ miljuni. Jipprovdi esperjenza man-naħa tax-xellug. Din is-sena għandu l-kompetizzjoni minn Alex Sandro. Żgur li n-naħa tax-xellug marret aħjar altru mill-plejers li konna naraw fl-istaġuni ta’ qabel!
Alex Sandro: Full back ta’ klassi. Ġibnieh għal 26 miljun fl-aħħar sena tal-kuntratt. Ħafna għidna li ħallasna somma kbira però l-ammont ta’ kwalità li qed jipprovdi qed juri li jiswa dak il-prezz. Crosses, dribbling u blalen fit-tul imprezzabbli.

Hemm ukoll prospetti tal-futur mill-Primavera bħal Filippo Romagna u Carlos Blanco Moreno.