Il-klabbs ewlenin fl-Ewropa qed iħarsu b’attenzjoni lejn Schalke 04 hekk kif plejer tagħhom jista’ jħalli lill-klabb b’xejn.
Dan hu l-midfielder avvanzat u attakkant Max Meyer, Ġermaniż ta’ 22 sena li jispiċċa bla kuntratt f’Ġunju li ġej. Minkejja d-diskussjonijiet, it-tiġdid tal-kuntratt baqa’ ma seħħx.
Madankollu mhux eskluż li bħal fil-każ ta’ Leon Goretzka, hawn ukoll wieħed isib lil Bayern München lesti biex jaħtfu din l-opportunità u jaqbżu l-lista’ twila ta’ klabbs, fosthom Spanjoli u Ingliżi.
Sors: Mundo Deportivo
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com