Minkejja li l-ftehim naqas milli jintlaħaq f’Jannar, Juventus għadhom qed jaħdmu bla heda għall-akkwist tal-midfielder Emre Can.
Fil-fatt jirriżulta li fl-aħħar jiem delegazzjoni ta’ Juventus kienet fl-Ingilterra biex ikun segwit il-plejer ta’ Liverpool li l-kuntratt tiegħu jiskadi f’Ġunju. Jingħad ukoll li saret offerta importanti.
Skont ġurnali fl-Ingilterra, din l-aħħar mossa ta’ Juventus iġġib fix-xejn iċ-ċans li l-plejer Ġermaniż iġedded il-kuntratt tiegħu.
Sors: Daily Mirror
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com