Id-difensur Guglielmo Stendardo, li llum għandu 36 sena u jilgħab ma’ Pescara, seta’ ffirma għal Juventus.
Tkellem dwar dan il-plejer innifsu, li f’intervista ddikjara li minkejja li lagħab biss ħames logħbiet ma’ Juventus, meta fl-2007 kien misluf mingħand Lazio, il-klabb ta’ Turin xtaq jakkwistah għal kollox.
“Kont ħsibt li kienet ċajta, imma kien kollu minnu. Għal plejer, li tilgħab ma’ Juventus hu l-massimu. Kienet emozzjonanti ħafna li nilbes il-flokk ta’ Juventus u nibqa’ nqisu bħala privileġġ. Madankollu Claudio Lotito talab €12-il miljun għalija. Kienet talba kbira ħafna minkejja li Ranieri xtaqni nibqa’,” iddikjara l-plejer.
Sors: TuttoJuve
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com