Il-midfielder avvanzat ta’ Sampdoria, il-Belġjan Dennis Praet, esprima s-sodisfazzjon li Juventus qed jibagħtu osservaturi tagħhom biex isegwuh.

“Ma’ Sampdoria hawn diversi plejers żgħażagħ ta’ talent. Jekk Juventus qed isegwu lili, ninsab kuntent u ċert li mhux se nibqa’ indifferenti li l-aqwa klabb tal-Italja jrid lili. Madankollu hawn kuntent u għalissa naħseb biss f’Sampdoria,” iddikjara l-plejer ta’ 23 sena.

Sors: Il Corriere dello Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280