Ġurnalisti rinomati fl-Italja qed jirrappurtaw li fl-aħħar sigħat saret laqgħa bejn Juventus u difensur li jista’ jkun l-eredi ta’ Stephan Lichtsteiner.
Il-Kolombjan Santiago Arias Naranjo għandu 26 sena u jinsab taħt kuntratt ma’ PSV sal-2019.
Skont Gianluca Di Marzio, Arias kien akkumpanjat f’Turin mill-aġenti tiegħu għal laqgħa ta’ sagħtejn. Il-plejer għandu valur ta’ madwar €18-il miljun.
Jingħad li din il-laqgħa kienet waħda intiża biex Juventus juru l-interess tagħhom, tant li ma ntlaħaq l-ebda ftehim. Mistennija laqgħa oħra fi żmien għaxart ijiem.
Sors: Gianluca Di Marzio
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com