Il-goalkeeper ta’ 25 sena Mattia Perin, meqjus bħala l-eredi ta’ Gianluigi Buffon ma’ Juventus, ta dikjarazzjonijiet importanti dwar il-futur tiegħu.

F’intervista lill-edizzjoni ta’ Turin tal-Corriere della Sera, Perin iddikjara hekk: “Li togħġob lil Juventus mhix xi ħaġa li jista’ jiftaħar biha kulħadd. Dan biss għalija diġà hu biżżejjed biex inħossni onorat.”

Iddikjara wkoll li jħalli lil Genoa, li jiddeskrivi bħala daru, biss biex iwettaq ħolma. “Dan nagħmlu biss biex nilgħab għal skwadra li tippermettili nilgħab fiċ-Champions League.”

Id-dikajrazzjonijiet tiegħu jaslu wara li fl-aħħar logħba mar isellem lill-ultras taħt il-curva. Wara, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, stqarr li “s’issa m’hemm xejn ċert iżda hemm xi possibbiltajiet.”

Sors: Corriere della Sera

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280