Juventus jidher li laħqu kull ftehim li kien hemm bżonn biex id-difensur Taljan Matteo Darmian jirritorna fl-Italja, din id-darba ma’ Juventus.
Darmian b’hekk mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin, b’paga li għandha tkun ta’ bejn iż-€2.5 miljun u €3 miljun fis-sena.
Waqt li xi ġurnali qed jirrappurtaw li l-plejer jista’ jasal f’Turin illum stess għat-testijiet mediċi u l-firma, realistikament dan iseħħ fil-jiem li ġejjin.
Sors: Il Corriere dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com