Juventus u Genoa jidher li laħqu ftehim rigward il-goalkeeper Mattia Perin li mistenni jkun il-goalkeeper il-ġdid tat-tim ta’ Juventus.

Jidher li s-somma se tkun ta’ €14-il miljun u miljun ieħor f’bonuses.

Il-ġurnata tas-Sibt kienet deċiżiva ħafna hekk kif Fabio Paratici kellu laqgħa ta’ tliet sigħat u nofs mal-aġent tal-plejer iżda ħalliet il-frott mixtieq.

Fatt interessanti wkoll li l-Italja se jilagħbu partita ta’ ħbiberija kontra l-Olanda fl-Allianz Stadium nhar it-Tnejn li ġej u b’hekk se tagħmilha aktar faċli għal Perin biex it-trasferiment ikun ikkonfermat fil-ġimgħa d-dieħla.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280