Il-ġurnalist rinomat Gianluca Di Marzio ddikjara li Juventus iltaqgħu mal-baby fenomeno Matthijs De Ligt ta’ Ajax.
De Ligt, li għad għandu 18-il sena, ilu sa mill-2016 jilgħab b’mod regolari mat-tieni skwadra ta’ Ajax u eventwalment Ajax stess, fl-ogħla diviżjoni Olandiża.
Id-difensur żagħżugħ jilgħab għall-Olanda, u kien għalhekk li kien fl-Italja fejn ilbieraħ filgħaxija n-nazzjonal lagħbu kontra l-Italja, proprju fl-Allianz Stadium.
Di Marzio saħansitra ddikjara li diriġenti ta’ Juventus dawruh mal-faċilitajiet tal-klabb biex jippruvaw jikkonvinċuh jagħżel lill-klabb, konxji mill-fatt li kważi l-klabbs ewlenin kollha interessati fih.
Sors: Gianluca Di Marzio
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






