Juventus bdew l-ewwel kuntatti biex ikun akkwistat id-difensur ta’ 24 sena João Cancelo.
Dan hekk kif il-Portugiż mhux konvint mill-għażla ta’ Wolverhampton, waqt li hemm relazzjoni tajba ħafna bejn Juventus u Valencia. Fi Spanja jingħad li hemm ftehim bejn iż-żewġ klabbs, iżda jirriżulta li dan għalissa mhux minnu.
Dan għaliex Juventus iridu lill-plejer b’self għal somma ta’ flus u obbligu li jiġi riskattat għal ċifra oħra. Madankollu, Juventus qed jippruvaw iħallsu inqas mis-somma li dwarha kien hemm ftehim ma’ Inter.
Minkejja dan, jekk jintlaħaq ftehim, dan ma jeskludix il-wasla ta’ Matteo Darmian, anke fid-dawl tal-injury ta’ Leonardo Spinazzola.
Sors: SuperDeporte/Gianluca di Marzio
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com