Juventus qed jippreparaw biex joffru kuntratt ġdid lill-midfielder Miralem Pjanić biex b’hekk ixejnu l-interess li qed juru Barcelona f’dan il-plejer.
Pjanić kien wieħed mill-protagonisti ta’ dan l-istaġun fit-tim ta’ Massimiliano Allegri fejn skurja seba’ gowls u pproduċa disa’ assists. Hekk kif itemm il-vaganzi, Juventus se jiftħu diskussjonijiet immedjatament biex jintlaħaq ftehim għat-tiġdid tal-kuntratt.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






